Interviews

Ramona Portelli – March 30th, 2014

Minn mindu kont żgħira niftakarni kont inmur nissellef xi kotba mill-librerija pubblika tal-Mosta.  Minn dak iż-żmien sal-lum għadu jkun hemm l-istess librar.  Illum inżur l-istess librerija man-neputija tiegħi sabiex nassistiha fis-sezzjoni tal-qari ta’ stejjer diversi minn kotba organiżżata kull xahar għat-tfal tamparha.  Il-librar li qed nirreferi għalih huwa ħadd ħlief il-poeta u xi ftit jew wisq awtur ukoll – Noel Fabri.  Darba minnhom waqt li kont qed nistenna lin-neputija tlesti, ġibt id-diskors ma’ Noel u offrejtlu intervista miegħi dwar xogħolu mal-poeżiji u l-kitba.  Filfatt aċċetta bi ħġaru l-istedina tiegħi.

Noel huwa ġuvni u għandu disgħa u erbgħin sena.  Joqgħod Birkirkara u dalwaqt sejjer joqgħod il-Mosta għal kollox.  Iħobb jaqra, jisma l-mużika klassika kif ukoll kull mużika valida u sabiħa għalih, filwaqt ukoll li jħobb jimxi fil-kampanja li għad fadal madwarna.

Sens ta’ umoriżmu kbir u fin

Bi tbissima nfurmani li għalkemm huwa ġuvni xorta għandu ħafna nisa li jimlewlu ħajjtu.  Ridtu jkun speċifiku fi kliemu u fissirli li ried jgħidli li għandu ħafna nisa ħbieb single u miżżewġin li għandu relazzjoni u ħbiberija li jimlewlu ħajjtu!  Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem sensittiv għal dak li qed jiġri madwaru, bniedem li għadda minn ħafna sofferenzi kbar f’ħajjtu, iżda li jħoss li komplew saħħewh dejjem iżjed fil-ħajja.  “Għalkemm il-poeżiji tiegħi forsi jagħtu l-importanza li jien pessimist, filfatt min jafni jaf li għandi sens ta’ umoriżmu kbir u fin”, sostna miegħi Noel.

Għal Noel poeżija hija żvog għall-kittieb, kuxjenza tas-soċjeta’ għall-istess kittieb, iżda fuq kollox hija katarsi li qabel ma tinkiteb ma tinxtarax.  “Ħafna drabi iżda l-leħen tal-poeta hu vuċi tgħajjat fid-deżert”.

Kull poeżija tiswa daqs djarju

Mistoqsi kif jimmotiva ruħu biex jikteb poeżija, Noel saħaq fuq il-fatt li jrid ikun assertiv.  Il-mużika klassika, xi passiġġata fil-kampanja, jew sempliċiment jara l-aħbarijiet, kif ukoll l-esperjenzi personali tiegħu kollha jimmotivawh sabiex jikteb il-poeżiji.  Noel iħares lejn kull poeżija bħala djarju u kultant iżjed minn hekk.

Niftakarni fi żmien l-iskola ridna nitgħallmu xi poeżiji, kważi kważi bl-amment.  Ridt inkun naf għaliex il-poeżiji huma importanti fil-ħajja tal-bniedem.  “Il-poeżija hi importanti fil-ħajja tal-bniedem għax il-poeta ta’ kull żmien u ġej minn liema pajjiż ġej,  jesprimi mhux biss l-ħsibijiet tiegħu personali, imma ta’ ħafna oħrajn.  Jien nieħu sodisfazzjon kbir  li ħafna jgħiduli li jien ngħid ċerti affarijiet li huma jħossuhom ukoll, imma m’humiex kapaċi jgħiduha.  Il-poeta jista’ jkun leħen għal min m’għandux”, fissirli Noel.

Ta’ min jgħid li Noel kiteb l-ewwel żewġ poeżiji tiegħu fit-30 April 1986 li kienu waħda bil-Malti “Il-Girna” u l-oħra bl-Ingliz “Heart of a Patriot”.  Ridt inkun naf kif propju f’dik is-sena kien ġie motivat sabiex jibda jikteb il-poeżiji.  Ħallejt f’idejh sabiex jispjegali, “Jien dak iż-żmien kont għaddej minn żmien diffiċli f’ħajti.  Kont bla xogħol, bla ħbieb u bla poeżija.  Barra minn hekk  fuq Xandir Malta dak iż-żmien kien hemm programm letterarju eċċellenti jismu ‘Żafir’ li kompla xprunani nikteb  u għal grazzja t’Alla qatt ma ħarist lura minn dak in-nhar”.

Il-poeżija bżonnjuża: Tagħmel lil bniedem uman u spiritwali

Ħafna konxji li fis-syllabus tal-iskola tiddaħħal ħafna l-poeżija fis-suġġetti tal-Ingliz u Malti. Iddiskutejt dan il-fatt ma’ Noel dwar għaliex il-poeżija għandha tkun parti mit-tagħlim skolastiku, għax kif ħafna jgħidu ma jiġux bżonnhom fil-futur.  “ Veru, imma jekk niġu f’dan tgħallimt ħafna affarijiet l-iskola u qatt ma ġejt bżonnhom. Il-poeżija jekk xejn tagħmlek iżjed uman u spiritwali”.

Qabel ma’ mort għal din l-intervista, kont konxja li Noel jikteb poeżiji kemm bil-Malti, Ingliż u anke bit-Taljan.  Ridt inkun naf għaliex juża dawn it-tlett lingwi fil-poeżiji diversi tiegħu.  Filfatt infurmani li jużhom għax huwa l-iżjed familjari magħhom u xi drabi jkun imqabbad biex jikteb uħud mill-poeżiji tiegħu bħal kull biċċa xogħol tal-arti.

Tkellimt miegħu dwar it-temi li jħobb juża fil-poeżiji tiegħu, u nfurmani li jħobb idaħħal l-esperjenżi tal-ħajja,lil Alla, l-imħabba b’dedika lejn dawk in-nisa ħbieb li għandu f’ħajjtu, u versi ta’ protesta.

Il-fatt li jaħdem bħala librar u li naturalment ikun imdawwar b’diversi kotba madwaru ta’ kuljum assumejt li jispira ruħu mhux ħażin.  Filfatt m’għandniex xi ngħidu li jixprunawh ħafna, apparti li għandu l-unur li ħafna mill-istess kittieba huma ħbieb personali tiegħu.

Is-sena l-oħra, Noel kellu s-sodisfazzjon  li studenta Ġermaniża użat il-poeżija tiegħu ‘Books’ tradotta għal Malti mill-ħabib tiegħu Alfred Palma, għat-teżi tagħha għal Ph.D.  Filfatt din il-poeżija dehret bil-Malti, bl-Ingliż u bil-Ġermaniż.

Għal dawk li forsi għadhom xettiċi mill-poeżiji u għal dawk l-individwi li l-poeżija hija bla valur, Noel ikkonfermali li l-ħajja m’għandiex tkun biss iffukata fuq flus u politika, imma ukoll fuq l-arti  għax dawn jagħmlu persuna aħjar milli tkun.  Fl-aħħarnett żied jgħid, “Nixtieq minn din il-paġna niżżi ħajr lill-qarrejja u ħbieb li tant tawni appoġġ tul is-snin.

Aktar informazzjoni dwar Noel tista tinkiseb minn fuq is-sit tiegħu www.noelfabri.com

Ramona Portelli
www.ramonaportelli.com

Sunday Times – November 15th, 1998

One such poet is Noel Fabri, who has become the undisputed master of terse verse, whose tiny poems speak volumes. a$ they reflect not ‘only his most intimate feelings, but also his bitterness, his rancour and his torment at the thought of human indifference. Cruelty, and lack ofspiritual and artistic appreciation for everything that is beautiful on this chaotic globe of ours.

And it is the way of expressing his chagrin so tersely that makes this young poet unique.

AlfredPalma

In-Nazzjon – October 6th, 1998

Fi ftit kliem, il-poeta kapaci jwassa! Messagg qawwi lill-qarrej ‘u bhal donnu jistiednu biex jirrifletti dwaru.

Dan il-messagg hu frott mohh intelligenti u qalb sensittiva, izda kapaci jqanqal kuxjenza biex ilkoll nibnu dinja ahjar milli sibna.

Alfred Massa

The Times – September 22nd, 1998

For Fabri, poetry is no hobby, but a compulsive activity that knows no time or place. Poetry has to be written down when it commands; and not when the poet takes it up.

Norbert Ellul-Vincenti

Gorg Pisani – September 12th, 1998

Ghaziz habib poeta,

Qieghed niktiblek malajr, malejr biex-nizzikhajr minn qalbi talli ghogbok tirregalani kopie tal-ktieb gdid taJ-poezija tieghek “Dwal u Delllijiet” u mbaghad biex naghtik prosit ta’ l-isforzi tieghek poetici biex inkabbru u nzejnu il-letteratura taghna. J’Alla kulhadd jaghmel bhalek.

Habibek tassew’

Gorg Pisani

Lawrence Mizzi – August 12th, 1998

DWAL U DELLlJIET ikompli jsahhah il-fehma ta’ dawk, fosthom jien, li jaraw f’ Noel Fabri poeta awtentiku.

Nawguralu aktar frott bnin u kotran miz-zwieg mal-mahbub a ta’ qalbu ..

il-poezija.

Lawrence Mizzi

Mario Griscti – August 12th, 1998

Ghat-tieni darba u wara Ii kien diga dewwaqna l-ewwel gabra ta’ poeziji pubblikati bl-isem: “Wesgh at bla tarf’. il-poeta Noel Fabri kompla jizbroffa l-ego tieghu f’ din il pubblikazzjoni attraenti mghammda ‘’Dawl u Dellijiet”; kuntrasti emottivi. spiritwali. intelletwali, dejjem poetici.

Id-79 poezija f’ din il-gabra jikkump limentaw dawk ta l-ewwel wahda, minhabba li I-hajja ta’ poeta ma timxix diversa minn twelidu sabiex thalli lill-poeta dak Ii kien u ma xxiddlux maskri li jlellxuh u jibdluh.F’ din il-gabra, ir-ribell sottiIi jkompli jtambar u jonqox ruhu agunija izda mimlija tama, mqar jekk it-tkaxkira tas-saqajn matul il-vjagg hi tk axkira enfasizzata daqs l-izbroff. “DwaI u De llijiet” johrog dak Ii hemm fik, fija u f’ kulhadd.

Mario Griscti

The Times – August 11th, 1998

In contrast, Fabri’s little book of poetry is perhaps more ephermeral but certainly a joy to behold. The young man’s verse is restful, pleasantly challenging a confirmation that he art of Maltese poetry is still ticking away.

Sometimes muffled, sometimes noisly… as everywhere else in the world.

Charles Flores

In-Nazzjon – August 4th, 1998

Noel Fabri hu poeta intelligenti li l-hin kollu jahseb u jirrifletti. Il-poeziji tieghu jitwieldu mir-raguni imma fuq kollox jitwieldu mit-tahbit tal-qalb.

Fabri hu poeta li kapaci jkaxkrek mieghu fi hsieb. Il-poeziji ghalkemm qosra huma profondi u kull darba li taqrahom tohlom fi’ dwal u dellijiet.

Sergio Grech

The Sunday Times – August 2nd, 1998

I have just finished reading Noel Febri’s second book of poetry. The quality of the book, the design and presentation are good and tasteful. However, it is the contents that make a good book and, in the regards also, the book passed with flying colours.

The poems are simple and deep. Above this they are alive. They reveal in the poet a subtle sensitivity, which goes well beyond many poetic works, even by well-known, well-established poets in our country. What makes poetry is the awareness and sensitivity within our soul and not the intellectual, artistic rules and regulations. In the author I can detect a growing awareness and an inner sense of the divine in ordinary daily life.

Fabri seems to be a sensitive young man well beyond the narrow confines our society and cuIture offer. Life is so vast sacred, deep and immense but our consciousness is limited. His awareness is not a God there and we here, but an awareness that God, nature and man are the one Divine river, one divine breath.

I sense that NoeI is Iike a lillle chick pecking at the inside of the egg shell in order to emerge into light. Perhaps, that may be the reason he called the book Dwal u Dellijiet (Lights and Shadows).

I recommend his book to everyone who can think, not just read: to anyone who dares to think. differently because he is different. To the eagle within us and not to the ordinary seagull that customs and narrow beliefs made of us.

To the Jonathan Livingston seagull who wants to soar higher and higher and not merely spend his or her life eating, eating and eating!

Well done Noel! It is a great book, because you are great within.

J. Zammit

Mario F.Bezzina – September 11th, 1994

Ma nafx kif nibda a nizzikhajr ghall generozita tieghek, meta ghall-daqsxejn ta’ hsieb fi kliem komuni komuni, hsibt li trodli hajr b’ghotja ta’ ktieb tieghek b’sens ta’ rispett u hbiberija.

Alla ‘jbierek, il-vina poetika ma tieqaf qatt. Tabihaqq ghax il-versi tieghek ghandhom certa hlewwa u armonija li tibqa’ tidwi fil-qalb ta’ min jaqrahom.

Prosit ghandek messagg u taftwasslu: ii-Poetihekk ghandhom ikunu!!

Mario F.Bezzina